AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 29 – 30 ta’ April 2017

  1. Family Visits:  Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa jitkomplu il-Family Visits fl-inħawi ta’ Paceville. Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament. B’hekk nagħlqu l-Family Visits għal din is-sena.  Nirringrazzjaw lill-helpers kollha li għinuna matul il-Family Visits kollha.

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar l-Erbgħa fis-6.15pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq S. Elija.

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja ta’ Lapsi fis-7.00pm.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, ser ikun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Ħin tal-quddies fil-Kappella tal-Kunċizzjoni:  Għal nhar it-Tnejn 1 ta’ Mejju biss, il-quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni ser issir fit-8.00am minflok fil-5.30pm.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa minn nhar it-Tlieta.

About the author

Ikkummenta