– L-Erbgħa 5 t’ April 2017:
Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, ħin ta’ adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar.
– L-Ħamis 6 t’April 2017:
Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra jippreżentaw Crucem Tuam.
– L-Ġimgħa 7 t’April 2017:
Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali
Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali li jibda’ mill-knisja parrokkjali u wara quddiesa.
– Il-Ħadd 9 t’April 2017:
Ħadd il-Palm. 09.15am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-carpark tal-knisja parrokkjali. Wara purċissjoni qasira sal-knisja parrokkjali u tkompli l-Quddiesa tad-09.30am bis-sehem tat-tfal.
– It-Tnejn 10 t’April 2017 :
Via Sagra wara l-Quddies tas-7.00pm mill-knisja parrokkjali u taddi minn Triq il-Kbira, Triq San Elija, Triq Sant’ Anġlu, tinżel Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira u lura fil-knisja parrokjali.
– It-Tlieta 11 t’April 2017:
Kunċert ta’ mużika klassika u sagra mis-St Julians Choral Group fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali.
– L-Ħamis 13 t’April 2017:
Ħamis ix-Xirka. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali. Ħin għall-viżti. Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl. Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl.
– L-Ġimgħa 14 t’April 2017:
L-Ġimgħa l-Kbira. Ħin għall-viżti. Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa sa nofsinnhar. Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali.
– Is-Sibt 15 t’April 2017:
Sibt il-Għid – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. Iċ-ċelebrazzjoni ser titmexxa mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P.
– Il-Ħadd 16 t’April 2017:
L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am quddiesa għat-tfal fil-knisja parrokkjali u wara jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola.
– Il-Ħadd 23 t’April 2017:
Festa tal-Ħniena Divina. Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina. Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali animata mis-St Julians Choral Group.