- Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija f’Telgħet Birkirkara.
- Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm se ssir Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali.
- Inkurunazzjoni tal-Madonna: Nhar il-Ħamis se ssir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Niltaqgħu fil-Knisja ta’ Lapsi fil-5.15pm u nibqgħu niżlin lejn il-Knisja Parrokkjali. Din timmarka l-għeluq tas-sena kateketika.
- Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2011, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
- Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.