Joqrob lejn it-Tmiem it-Tħaffir tal-Blat

Dawk kollha li bħalissa jaddu minn ħdejn il-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan jinnotaw il-fond li tħaffer fejn kien hemm it-taraġ u anke madwar l-istess knisja.  Dan kollu biex minn hawn u ftit żmien ieħor jibda’ x-xogħol tal-bini taċ-ċentru parrokkjali, li miegħu ser jinbena’ wkoll post għall-armar tal-festa, sala kbira għall-attivitajiet, kmamar għal-laqgħat u fuq kollox zuntier kbir u li jixraq ferm lill-knisja tagħna.

Bħalissa qed jitħaffer bir li ser jiġbor fih l-ilma tal-bjut biex ikun jista’ jintuża’ u mhux jinħela fix-xejn.  Inizjattiva tajba ħafna u ta’ min ifaħħarha.

Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet  uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali.  Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org,  fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd.  Kull min għandu xi diffikulta’ jista’ dejjem jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.

About the author

Ikkummenta