AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 10 – 11 ta’ Ġunju 2017

 

  1. L-EWWEL TQARBINA FIL-PARROĊĊA: Nhar it-Tlieta fil-5.15pm ser isir it-tieni rehears għat-tfal fil-knisja parrokjali.

 

Nhar il-Ħamis mill-5.30pm sat- 8.30pm ser ikun hawn għad ta’saċerdoti għal Qrar fil-knisja parrokjali.  Il-Qrar ser ikun miftuħ għal kulħadd – kemm għat tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-familjari tagħhom kif ukoll kull min jixtieq iqerr bi preparazzjoni għall-festa ta’ Corpus.

 

Nhar is-Sibt 17 ta’ Ġunju 48 tifel u tifla ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa.  It-tfal għandhom ikunu fil-knisja Ta’Lapsi fil-5.00pm.  Iċ-ċelebrazzjoni tibda’ fil-5.30pm.

 

Dakinhar ma jkun hawn quddies fil-knisja parrokkjali.  Ikun hawn quddiesa waħda biss fil-kappella tal-Kunċizzjoni fil-5.30pm

 

  1. FESTA TA’ CORPUS CHRISTI: Nhar il-Ħadd 18 ta’ Ġunju tiġi ċelebrata waħda mill-festi kbar tal-knisja – Corpus Christi. Wara l-Quddiesa tas-7.00pm mill-knisja parrokjali tibda’ purċissjoni qasira b’ Ġesu’ Sagramentat.  Jakkumpanjaw ukoll it-tfal li ġurnata qabel ikunu rċevew l-Ewwel Tqarbina.  Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi għal din il-purċissjoni li ser taddi minn Triq Lapsi, waqfa ħdejn il-knisja Ta’ Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira u lura fil-knisja parrokjali.

 

  1. SANT’ANTNIN TA’PADOVA: Nhar it-Tlieta 13 ta’ Ġunju fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San t’Antnin ta’ Padova ser issir quddiesa speċjali tal-okkażżjoni fil-knisja parrokjali l-antika ta’ San Ġiljan – il-knisja Ta’ Lapsi. Il-quddiesa tibda’ fis-6.30pm.  Fl-aħħar tal-Quddiesa ser jitbierek il-ħobż ta’ Sant’ Antnin u jitqassam lil dawk preżenti.  Inħeġġu lill-Ġiljaniżi biex jattendu.

 

  1. GRUPP ĦBIBERIJA: Il-ħarġa li jmiss ser issir il-Ħamis 22 ta’ Ġunju għal Marsaxlokk.  Dawk interessati jċemplu l-uffiċċju parrokjali fuq 21380270.

 

  1. MUSEUM SAN ĠILJAN: Għas-sajf, il-Museum ser jibda’ jiftaħ nhar ta’ Tnejn u Ħamis mis-6.30pm sat-8.00pm għas-subien bejn l-10 u 18 il-sena..

 

  1. JUM IL-MISSIER: Nhar il-Ħadd niċċelebreaw Jum il-Missier għalhekk nawguraw lill-missirijiet kollha.

About the author

Ikkummenta