- Corpus Christi: Għada/Illejla wara l-quddiesa tas-7.00pm se ssir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-purċissjoni titla Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi, taqbad Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, u Triq il-Kbira sal-Knisja Parrokkjali.
- Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’: Nhar il-Ġimgħa se ssir quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem ta’ St Julians Choral Group u wara adorazzjoni.
- Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa ser issir Lectio Divina fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.
- Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2011, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali sa l-aħħar tal-ġimgħa. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). Il-formoli jistgħu jitniżżlu wkoll mill-website tal-parroċċa. Agħfas hawn: Formola
- Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-ħarġa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se ssir nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju, fejn se ssir ikla l-Carrubia Restaurant ġewwa M’Xlokk. Nitilqu minn Pjazza Spinola fis-7.00pm. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju.
- Jum il-Missier: Awguri lill-missirijiet kollha.