- Preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina:
- Nhar it-Tlieta fil-5.15pm se jsir l-Ewwel Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali u fl-istess ħin ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.
- Nhar is-Sibt se jsir Irtir ta’ riflessjoni għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fid-9.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.
- Nhar il-Ħadd il-Quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal. Waqt din il-quddiesa jsir talb speċjali għat-tfal kollha li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Attivita’ ta’ Fundraising – Pasta Night: Nhar il-Ġimgħa se jsir Pasta Night b’risq il-parroċċa fis-7.30pm fil-Carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali għall-prezz ta’ €15.00. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali jew il-Book Centre sa nhar it-Tlieta filgħaxija.
- Kunċert: Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm se jsir Kunċert mill-Cappella Sistina (il-kor tal-Papa) ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Biljetti jistgħu jiġu bbukkjati online fuq teatrumanoel.com.mt.
- Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali minn nhar it-Tlieta.