Dawk kollha li bħalissa jaddu minn ħdejn il-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan żgur li nnotaw li m’għadux għaddej it-tħaffir tal-blat fil-fond fejn ser jinbena iċ-ċentru parrokkjali.
Issa li l-art tnaddfet sew bdew jidhru l-ewwel sinjali ta’ bini. Bħaliss qed jinbena’ l-bir li ser jiġbor fih l-ilma tal-bjut biex ikun jista’ jintuża’ u mhux jinħela fix-xejn. Inizjattiva tajba ħafna u ta’ min ifaħħarha.
Beda’ l-bini wkoll mal-ġenb u d-dawra tal-knisja. Żgur li fil-jiem li ġejjin ħa naraw differenza kbira b’dan il-proġett li ser jagħti dimensjoni ġdida lill-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.
Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali. Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org, fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd. Kull min għandu xi diffikulta’ jista’ dejjem jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.