Matul il-weekend ħabbarna li t-tħaffir tal-blat fis-sit fejn ser jinbena’ ċ-ċentru parrokkjali issa ntemm u li kien qed jinbena’ l-bir. Il-bir li ser jiġbor fih l-ilma tal-bjut biex ikun jista’ jintuża’ u mhux jinħela fix-xejn. Inizjattiva tajba ħafna u ta’ min ifaħħarha.
Illum issaqqaf il-bir kif nistgħu naraw fir-ritratti u beda’ jidher ukoll il-bini mal-ġenb u d-dawra tal-knisja. Żgur li fil-jiem li ġejjin ħa naraw differenza kbira b’dan il-proġett li ser jagħti dimensjoni ġdida lill-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.
Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali. Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org, fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd. Kull min għandu xi diffikulta’ jista’ dejjem jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni. ĦADD M’GĦANDU JOQGĦOD FUQ INFORMAZZJONI OĦRA LI MHUX MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI.