- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xuhur ta’ Mejju u Ġunju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Raffaele Attard, Mary Dolores Griffiths, Salvatore Savona, Rosaria Dalli, Alfred Scicluna, Salvino Saliba, Antonio Borda, Arthur Amaira, Evelyn Arrigo Azzopardi, Maria Theresa Bason, Lawrence Baldacchino, Paul Sammut. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…