AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 29 – 30 ta’ Lulju 2017

 

  1. Quddiesa ta’ Ringrazzjament: Nhar it-Tnejn/għada fil-quddiesa tas-7.00pm il-Kappillan u sħabu saċerdoti li ġew ordnati flimkien se jkunu qed jikkonċelebraw f’quddiesa ta’ Ringrazzjament f’egħluq il-15-il sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom. Tkun haġa sabiħa min jista’ jingħaqad magħhom għal din il-quddiesa u nitolbu għalihom.

 

  1. Buffet Dinner: L-Erbgħa 2 ta’ Awwissu fit-8.00pm, ser norganizzaw Buffet Dinner bħala fundraising b’risq il-parroċċa ħdejn il-pool tal-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom matul din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Parrokkjali. Dax-xahar, mal-Flimkien qed jitqassam ukoll l-envelop li fih tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom għall-Festa.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Awguri – Festa tal-Madonna tal-Karmnu: Nawguraw lill-Parroċċa tal-Balluta li tiċċelebra il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu dan il-weekend.

About the author

Ikkummenta