Matul din il-ġimgħa beda’ x-xogħol biex jissaqqaf l-ewwel sular tal-bini taċ-ċentru parrokkjali biswit il-knisja ta’ San Ġiljan. L-ewwel sular ser ikopri fost l-oħrajn il-maħżen tal-festa u garage għall-użu tal-iScouts.
Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nfakkru li ĦADD M’GĦANDU JOQGĦOD FUQ INFORMAZZJONI OĦRA LI MHUX MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI. Għajdut mhux uffiċċjali jew minn min m’għandux x’jagħmel, kummenti bla sens jew kummenti li warajhom hemm skopijiet ulterjuri għandhom jiġu injorati totalment.
Inħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali. Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org, fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd. Kull min għandu xi diffikulta’ jista’ jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.