Jibda’ Jissaqqaf it-Tieni Sular taċ-Ċentru Parrokkjali

Kull min jaddi minn ħdejn il-knisja parrokkjali f’dawn il-jiem żgur li jinnota ħafna travi tal-ħadid li huma il-bażi tas-saqaf tat-tieni sular taċ-ċentru parrokkjali.  It-tieni sular li ser ikun jikkonsisti fi kmamar għal-laqgħat u l-katekiżmu kif ukoll stores.  Din il-binja ser twassal biex ikollna wkoll zuntier akbar u li jixraq il-knisja tagħna.  Infakkru li dan kollu qed isir wara negozjati twal li l-kappillan Dun Claude Portelli mexxa’ mal-iżviluppaturi ta’ Spinola Park li minn hawn nixtiequ nirringrazzjawhom tal-koperazzjoni tagħhom.

Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nfakkru li ĦADD M’GĦANDU JOQGĦOD FUQ INFORMAZZJONI OĦRA LI MHUX MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI.  Għajdut mhux uffiċċjali jew minn min m’għandux x’jagħmel, kummenti bla sens jew kummenti li warajhom hemm skopijiet ulterjuri għandhom jiġu injorati totalment.  

Inħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet  uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali.  Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org,  fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd.  Kull min għandu xi diffikulta’ jista’  jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading