- Festa ta’ Santa Marija: Nhar it-Tlieta niċċelebraw is-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema – Festa Kmandata. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am u 7.00pm. Lejliet il-Festa, għada filgħaxija, il-quddiesa tas-7.00pm tkun il-Vġili ta’ din is-Solennita’ u tgħodd għall-obbligu tal-quddies ta’ din il-Festa.
- Festa ta’ San Ġiljan:
- Nhar is-Sibt, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġimgħa tal-Festa. Fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja.
- Preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan: Nhar il-Ħadd, Jum il-Familja, fis-7.00pm ser issir quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Dawk kollha li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom f’din il-quddiesa, huma mitluba jċemplu l-uffiċċju parrokkjali biex jagħtu d-dettalji tagħhom.
- Ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan: Nhar it-Tnejn, wara l-quddiesa tas-7.00pm isir il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan min-niċċa.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Jum l-Anzjani – quddiesa fil-ġimgħa tal-Festa: Dawk l-anzjani li għandhom bżonn it-trasport għall-quddiesa li ser issir nhar it-Tlieta 22 t’Awwissu fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, mitluba jċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex jinfurmawna minn qabel.