AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Awwissu 2017

 

  1. Festa ta’ S. Klara: Nhar il-Ġimgħa, is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ Santa Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.

 

  1. Ftuħ tal-Pont: Kif avża l-Kappillan, fi żmien ġimgħa se jinfetaħ il-pont għall-użu tal-pubbliku.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xhur ta’ Lulju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Maria Coppola, John Calleja, Isabelle Taylor u Stanley John Drew. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta