Il-festa ta’ San Ġiljan qed toqrob ġmielha. Iż-żmien għaddej igerbeb u d-dilettanti għaddejjin b’ħidma bla heda biex ilaħqu dak kollu li għandhom ippjanat.
Inżommu f’moħħna wkoll li l-festa tagħna tkun waħda nisranija, li tagħti ġieħ lil San Ġiljan u tagħmel unur lilna lkoll bħala Ġiljaniżi.
Għalhekk nagħmlu appell qawwi lil kulħadd sabiex f’dawn il-jiem nieħdu sehem attiv fil-funzjonijiet reliġjużi li jsiru fil-knisja u nersqu għall-Qrar u Tqarbin.
Inġibu ruħna ta’ Nsara anke fil-festi ta’ barra u nevitaw xorb żejjed u affarijiet oħra li ma jagħmlux ġieħ.
Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-impenn sħiħ f’dawn il-jiem b’tant sagrifiċċji anke dawk personali.