Il-Pont Jerġa Jingħaqad

Issa li ssaqqaf it-tieni sular taċ-ċentru parrokkjali u beda’ x-xogħol fuq it-tielet sular, wieħed jista’ jinnota li l-pont reġa’ qed jifforma parti mill-istruttura tal-knisja.  Għal dawn l-aħħar xhur, il-pont kien maqtugħ għalih u mingħajr aċċess għall-pubbliku.

Fil-waqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li xogħol kbir bħal dan iġib miegħu, nfakkru li ĦADD M’GĦANDU JOQGĦOD FUQ INFORMAZZJONI OĦRA LI MHUX MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI.  Għajdut mhux uffiċċjali jew għajdut foloz li  warajhom hemm skopijiet ulterjuri għandhom jiġu injorati totalment.  

Inħeġġu lil kulħadd biex isegwi l-informazzjoni u struzzjonijiet  uffiċċjali maħruġa mill-uffiċċju parrokkjali.  Informazzjoni uffiċċjali ssibuha wkoll fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org,  fuq il-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan, jew waqt l-avviżi li jsiru wara l-Quddiesa nhar ta’Ħadd.  Kull min għandu xi diffikulta’ jista’  jagħmel kuntatt mal-kappillan Dun Claude Portelli li huwa dejjem lest biex jagħti kull informazzjoni.

About the author

Ikkummenta