Il-Ħamis 10 t’Awwissu – kompla jidher aktar minn qatt qabel ix-xogħol li għaddej fuq il-bini taċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġiljan. Ix-xogħol issa qiegħed iffokat fuq il-preparazzjonijiet għat-taraġ u it-tkabbir taz-zuntier. Fil-fatt jidher evidenti li waħda mill-akbar benefiċċji ta’ din il-binja ser ikun iz-zuntier ġdid, kbir u komdu li ser ikollha l-knisja parrokkjali.