Wara li ġimgħa ilu ħabbarna li l-pont ta’ quddiem il-knisja issa ngħaqad bil-konkrit mal-kumplament tal-bini taċ-ċentru parrokkjali, illum nistgħu ngħidu li l-istruttura hija lesta biex matul il-jiem li ġejjin jitpoġġa it-taraġ. Dan ifisser li fadal biss ftit jiem biex l-aċċess għal knisja minn fuq il-pont jerġa lura għan-normal.
Kull min għadda matul din il-ġimgħa minn fejn il-knisja parrokkjali żgur li nnota li l-ħaddiema bdew il-proċess li tissaqqaf is-sala prinċipali. Dan ifisser li ser nibdew naraw zuntier akbar u isbaħ.
Għal dalb’oħra ntennu biex ĦADD ma’ jagħti każ għidut mhux uffiċċjali. Għandkom toqgħodu biss fuq informazzjoni maħruġa minn sorsi uffiċċjali. L-importanti huwa li x-xogħol miexi, miexi kif ippjanat, importanti li jsir xogħol tajjeb u ma jweġġa ħadd.