Is-Sibt 19 ta’ Awwissu
7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post.
Il-Ħadd, 20 ta’Awwissu – Jum il-Familja
7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa l-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli.
It-Tnejn, 21 ta’ Awwissu – Jum id-Dilettanti tal-Festa u Ħruġ tal-Vara min-Niċċa
7.00pm Quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li jġibu isem il-Patrun San Ġiljan, animata mis-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli
Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa. Kif il-vara titwassal fuq iz-zuntier jinħaraq salut u kaxxa infernali filwaqt li l-Banda San Ġiljan tilqa’ il-vara bid-daqq ta’ l-innu popolari u ta’ marċi oħra.
It-Tlieta, 22 ta’ Awwissu – Jum l-Anzjani u l-Morda
6.30pm Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-quddiesa tkun immexxija minn W.R. Dun Paul Mizzi, Viċi-Kappillan, u animata mis-St Julian’s Choral Group.
Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.
Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali.
L- Erbgħa, 23 ta’ Awwissu – Jum it-Tfal
7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal minn W.R. Dun James Saydon, Viċi-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulta Omm il-Knisja tal-Ibraġ, u animata mill-Folk Group. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda.
Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbria, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola.
Il-Ħamis, 24 ta’ Awwissu – Jum l-Għaqdiet
7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata mill-W.R. Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi, fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Beate Juliane 1847. Il-quddiesa ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group.
F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Parroċċa, lill-Kappillan.
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu – Jum is-Saċerdoti
6.00pm: Quddiesa letta fil-Knisja ta’ Lapsi mill-W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola.
Wara l-quddiesa, Patri Victor Paul Farrugia O. Carm jinseġ priedka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan.
Hekk kif tintemm il-priedka, tingħad il-kurunella, isir il-kant tal-Innu tal-Istrofi Nominem Insignem u l-Antifona Beate Juliane 1847. Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Il-liturġija ser tiġi ppreseduta mill-W.R. Kan. Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola.
Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi taħt it-tmexxija ta’ Mons. Ġwann Galea, ex-kappillan tal-parroċċa tagħna. Tiġi esegwita mużika mill-Cappella Nani.
Wara jkun hemm riċeviment żgħir fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.
7.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mill-W.R. Kan. Dun Reuben Micallef, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Irxoxt, Pembroke, u fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Beate Juliane 1847. Il-quddiesa ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group.
Is-Sibt, 26 ta’ Awwissu – Lejliet il-Festa
5.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) immexxija mill-W.R. Dun Ryan Lee Pace, Saċerdot Novell.
5.45pm Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali l-Antika (ta’ Lapsi) sal-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-W.R. Kan. Dun Jonathan Farrugia.
Wara t-Translazzjoni issir Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Dun Jonathan Farrugia u l-kleru tal-parroċċa. Jieħdu sehem l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. (Illum ma ssirx il-quddiesa fit-7.45pm.)
Il-Ħadd, 27 ta’ Awwissu – Jum il-Festa
Il-ħin tal-quddies: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am (minflok tal-12.15pm).
9.30am Fil-Knisja Parrokkjali, quddiesa solenni mmexxija mill-W.R. Dun Gilbert Scicluna, Viċi-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola flimkien mal-kleru tal-parroċċa. Il-quddiesa tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai.
6.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali qabel il-ħruġ tal-purċissjoni.
7.00pm Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġiljan, immexxija mill-W.R. Dun Ryan Lee Pace, Saċerdot Novell. Jingħata salut mill-kaċċaturi. Il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan iddoqq l-innu popolari u wara takkumpanja l-purċissjoni matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, Sant’Anġlu, Telgħet Birkirkara, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier.
8.00pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule Banda Kristu Re, Paola tul Triq Ġorġ Borġ Olivier. Wara tilqa’ l-istatwa titulari ta’ San Ġiljan fil-pjazza u takkumpanjaha sal-knisja.
10.15pm Il-Ġiljaniżi jkunu jistgħu jerfgħu l-vara ta’ San Ġiljan tul Triq Wied Għomor sal-pont tal-knisja.
11.00pm Dħul tal-purċissjoni fil-Knisja, milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Juliane 1847 mill-Amadeus Chamber Choir. Wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.