Is-Sibt 19 ta’ Awwissu 2017 – Jum it-Tħabbira tal-Festa
7.45pm: Quddiesa fix-Xatt tas-Sajjieda mill-Kappillan Fr. Claude Portelli
8.30pm : Kunċert mill-Banda San Ġiljan waqt Lejla Maltija li tiġi organizzata mill-Parroċċa f’Xatt is-Sajjieda.
Il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienné Spiteri iddoqq mużika popolari bil-parteċipazzjoni ta’ Kantanti varji.
It-Tnejn 21 t’ Awwissu – Ħruġ tal-Vara minn Niċċa
Jum id-Dilettanti tal-Festa
7.45pm Il-Kumitat tas-Soċjetà jattendi bi ħġaru għaċ-ċeremonja tal-Ħruġ tal-Vara Artistika ta’ San Ġiljan Ospitalier minn Niċċa ġewwa l-Knisja Parrokkjali.
8.00pm : Il-Banda San Ġiljan tilqa’ l-Istatwa ta’ San Ġiljan fuq iz-zuntier tal-Knisja bl-Innu ta’ San Ġiljan u wara tissokkta bil-Marċi minn dawn it-toroq: Lapsi,il-Kbira, il-Pjazza tal-Qalb ta’ Ġesu, San Ġorg, il-Mensija, Forrest, San Ġorg sal-Każin.
It-Tlieta 22 t’ Awwissu
Jum iż-Żgħażagħ u l-Anzjani
Banda San Ġijan -Riċeviment għall-Membri u Benefatturi
8.30pm : Riċeviment fil-każin għall-membri, rappreżentanti ta’ l-għaqdiet ta’ San Ġiljan u mistednin oħra distinti
9.00pm Programm Mużikali Annwali mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 f’ Xatt is-Sajjieda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Aldo Minuti fl-okkażjoni tal-25 Sena mill-ħatra tiegħu. Il-Programm se jkun taħt il-Patroċinju tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, l-istatwarju tal-istatwi tal-Banda Spinola, fl-okkażjoni tal-25 Sena tal-istatwa tal-Marċ. Il-preżentazzjoni tal-programm hija f’ idejn il-preżentatur tal-programm MarċiFest fuq Radju Malta, Daniel Vella.
L-Erbgħa 23 t’ Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu
Jum it-Tfal
8.00pm Purċissjoni għat-tfal bil-Vara ta’ San Ġiljan, xogħol Chris Micallef, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Takkumpanja l-Banda taż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987.
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 bl-istatwa tal-Kavallier Spinola, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-2013, li jibda mill-Każin tat-Ta’ Ġioni Wolves għal Telgħet Birkirkara, Triq Lapsi, Triq San Mark, Triq San Mikiel, Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira, Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù, sa Triq San Ġorġ fejn tittella’ l-istatwa tal-Kavallier Spinola fuq il-kolonna.
Il-Ħamis 24 t’ Awwissu – It-Tieni Jum tat-Tridu
Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 fejn takkumpanja l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1997, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi, Triq il-Kbira fejn f’ Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù tittella’ l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa fuq il-Kolonna. Il-marċ jissokta minn Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq Wied Għomor, Triq il-Mensija, Triq Forrest, Triq il-Mensija, Triq San Ġorġ, Triq Ross, Triq Luigi Apap sal-Każin tal-istess Soċjetà.
Il-Ġimgħa 25 t’ Awwissu – It-Tielet Jum tat-Tridu
Jum il-Familja
8:00pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda mill-Kazin tas-Soċjetà fi Triq Luigi Apap għal Triq San Ġorġ, Triq Sant’ Andrija, Triq Elija Zammit, Trejqet Dragonara, Triq Ball, Triq il-Wilġa, Triq il-Knisja, Triq Schreiber, Vjal Paceville, Triq Dobbie, Triq il-Knisja, Triq Gort, Vjal Paceville, Triq Ross fejn minn Triq Luigi Apap il-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Papa Ġwanni Pawlu II, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1995. Il-marċ jissokta tul Triq San Ġorġ sa Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù fejn tittella’ l-istatwa tal-Papa Ġwanni Pawlu II fuq il-Kolonna. Wara, il-Banda Spinola tingħaqad mal-Banda San Ġiljan bid-daqq tal-Innu Popolari lil San Ġiljan ta’ Mro. Angelo Pullicino waqt il-kxif tal-Imrewħa Artistika tal-Grupp Briju Ġiljaniż.
9.00pm: Fl-okkażjoni tad-90 sena mit-twaqqif tal-Każin Banda San Ġiljan, il-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar u l-Banda Sagra Familja tal-Kalkara jingħaqdu f’Massed Band mal-Banda San Ġiljan u jagħmlu marċ li jitlaq mit-tarf ta’ Telgħet B’Kara u jkompli f’dawn it-toroq: Sant’ Anġlu, Lapsi, il-Kbira, għal Triq San Ġorġ fejn il-Grupp Briju Ġiljaniż jinawgura Imrewħa Artistika proġett li ħadmu għaliħ għal dawn l-aħħar tlett snin, li ser tkun imqiegħda fi Pjazza Spinola biex titgawda mill- Ġiljaniżi u dawk li jżuruna fil-ġranet tal-festa.Waqt din l-Inawgurazzjoni il-Massed Band immexxija mill-Banda San Ġiljan u l-Banda Spinola jdoqqu l-Innu tal-Patrun tagħna San Ġiljan. Wara l-Massed Band iddoqq Marċ ġdid bl-isem l-ewwel Imrewħa f’San Ġiljan ta’ Mro Emanuel Bugeja u wara tkompli bil-Marċi tagħha sal-Każin.
Is-Sibt 26 t’ Awwissu – Lejlet il-Festa
7.15pm Il-brass band tas-Soċjetà Mużikali Spinola ta’ San Ġiljan se tkun qed tallegra lill-partitarji Ġiljaniżi ġewwa l-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq fil-logħba finali ta’ San Ġiljan ASC, kontra Neptunes, meta jiġu nkurunati Rebbieħa tal-Kampjonat Malti tal-waterpolo.
8.00pm Dimostrazzjoni Ferrieħa bl-istatwa ta’ San Ġiljan, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1992, bis-sehem tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li tibda minn Triq il-Kbira għal Triq Ġorġ Borg Olivier sa Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù fejn b’ mod brijjuż, l-istatwa ta’ San Ġiljan tittella’ fuq il-Kolonna bid-daqq tal-Innu Popolari lil San Ġiljan ta’ Mro. Angelo Pullicino flimkien mal-Banda San Ġiljan.
8.30pm : Fl-okkazjoni tad-90 sena mit-twaqqif tal-Każin Banda San Ġiljan, Il-Banda San Ġorġ ta’ Bormla u l-Banda Pompei ta’ Marzaxlokk jingħaqdu f’Massed Band mal-Banda San Ġiljan u jagħmlu marċ li jitlaq minn ħdejn il-knisja ta’ Lapsi għal dawn it-toroq: Sant’Anglu, il-Karmnu, Sant’ Elija, Sant’ Anġlu, Telgħet B’kara, il-Kbira, Gorg Borg Olivier, Pjazza Spinola fejn tingħaqad mal-Banda Spinola biex flimkien idoqqu l-Innu ta’ San Ġiljan waqt it-tlugħ ta’ l-Istatwa ta’ San Ġiljan u wara il-Massed Band tkompli bil-Marċi tagħha sal-Każin.
10.50pm Marċ qasir mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda minn Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq San Ġorġ, Triq Luigi Apap sal-Każin tas-Soċjetà.
Il-Ħadd 30 t’ Awwissu – Solennità ta’ San Ġiljan Ospitalier
10.30am : Il-Banda San Ġiljan tagħmel marċ li jitlaq minn ħdejn il-knisja tal-Kunċizzjoni fi Triq San Ġorg, il-Pjazza tal-Qalb ta’ Ġesu, u jkompli f’dawn it-toroq: il-Kbira, Ġorġ Borg Olivier, San Ġorg sal-Każin.
7.00pm Il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan, mistiedna mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987, idoqq l-Innijiet ‘O Ġiljan Maħbub Imqaddes’ ta’ Mro. Ray Sciberras u dak Popolari ta’ San Ġiljan Ospitalier ta’ Mro. Angelo Pullicino waqt il-Ħruġ tal-Purċissjoni Solenni mill-Knisja Parrokkjali bil-Vara Artistika ta’ San Ġiljan Ospitalier, kapulavur impekkabbli tal-istatwarju Karlu Darmanin fl-1893. Wara, din il-Banda takkumpanja l-Purċissjoni b’ innijiet u marċijiet reliġjużi matul il-Pont tal-Knisja, Triq Forrest, Triq il-Mensija, Triq San Ġorġ, Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Kbira, Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Telgħet Birkirkara sa Triq il-Kbira.
8.00pm: Is-Soċjeta Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule Banda Kristu Re, mistiedna tal-Banda San Ġiljan tagħti bidu għall – Marċ li jitlaq mill-Każin tal-Banda għal Triq Ġorġ Borġ Olivier sa tarf ta’ Triq il- Kbira fejn tilqa’ l-Istatwa Artistika ta’ San Ġiljan u takkumpanjaha fil-purċissjoni sad-dħul fil-Knisja.
9.00pm Marċ mill-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan li jibda minn Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Telgħet Birkirkara, għal Trejqet Grenfell, Triq Ġorġ Borġ Olivier sa Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù.
Triq birkirkara ma jezistitix all sangiljan all indirizz boss Anna tks
Mhux triq birkirkara biss ta !!!