AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16-17 ta’ Settembru 2017

  1. Ġabra speċjali: Illum qiegħda ssir ġabra speċjali għall-ħidma tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa.

 

  1. Korsijiet ta’ Formazzjoni Pastorali: l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed joffri 17-il kors li jgħinuna nikbru fil-fidi tagħna. Għal aktar dettalji wieħed jista’ jirreferi għal poster li hemm fuq in-notice board. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkjaw.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Nhar il-Ħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

About the author

Ikkummenta