- Ftuħ tas-Sena Kateketika: Nhar it-Tlieta u nhar il-Ħamis (skont il-klassijiet tal-katekiżmu) se jsiru l-ewwel laqgħat għat-tfal u l-ġenituri fil-5.15pm fil-Knisja Parrokkjali.
- Festa ta’ S. Fawstina Kowalska: Nhar il-Ħamis, fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ikun hawn Adorazzjoni u fis-7.00pm quddiesa f’ġieħ S. Fawstina Kowalska organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.
- Festa tal-Madonna tar-Rużarju: Il-Ġimgħa, wara l-quddiesa tas-7.00pm toħroġ il-Purċissjoni aux flambeaux tal-Madonna tar-Rużarju li tintemm bil-Barka Sagramentali fil-Knisja.
- Mother and Baby Club: Il-laqgħat tal-Mother and Baby Club se jerġgħu jibdew mit-Tnejn 9 ta’ Ottubru bejn id-9.30am u l-11.30am u jiltaqgħu fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Għal iktar informazzjoni tistgħu ċċemplu l-Uffiċju Parrokkjali.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Matul dan ix-xahar tirċievu wkoll l-envelope fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Settembru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Joseph Debattista u Albert Muscat. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…