AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 t’Ottubru 2017

 

  1. Griżma tal-Isqof:
  • Nhar it-Tlieta 24 ta’ Ottubru 2017 fis-7.30pm se jkun hawn rehearsal għat-tfal u l-parrini fil-Knisja Parrokkjali.
  • Bħala preparazzjoni għall-Griżma, nhar il-Ħamis ser ikun hawn is-servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali mill-5.30pm sat-8.00pm għat-tfal tal-Griżma flimkien mal-ġenituri u l-parrini.
  • Nhar is-Sibt fil-5.30pm issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali. Ma jkunx hemm quddiesa fit-7.45pm.
  • Ikun hemm quddies fil-5.30pm fil-Knisja tal-Kunċizzjoni u fis-30pm fil-Knisja ta’ Lapsi.

 

  1. Maratona ta’ Rużarju: Nhar it-Tlieta 31 t’Ottubru ser isir nofstanhar ta’ talb bir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat fil-Knisja Parrokkjali mid-9.30am sat-3.00pm fejn nispiċċaw bil-kurunella tal-Ħniena Divina. Kulħadd mistieden. Min jixtieq jagħti ismu għal xi ħin partikulari, jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk mill-Ħadd li ġej 29 ta’ Ottubru, il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.

About the author

Comments

Leave a Reply to Carmen Cancel reply