- Maratona ta’ Rużarju: Nhar it-Tlieta ser isir nofstanhar ta’ talb bir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat fil-Knisja Parrokkjali mid-9.30am sat-3.00pm fejn nispiċċaw bil-kurunella tal-Ħniena Divina. Kulħadd mistieden.
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Solennità tal-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet: Nhar l-Erbgħa u l-Ħamis huma jiem li fihom wieħed għandu jipprova jieħu sehem fil-quddies. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal fost il-ġimgħa.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar/Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna. Wara ssir adorazzjoni.
- Ġabra għall-Missjoni: Il-ġabra li saret matul il-weekend li għadda kienet ta’ €2,000. Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Ħin tax-Xitwa: Dan il-weekend indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.
- Cake sale: Il-weekend li ġej nixtiequ navżaw li jkun hawn cake sale b’risq il-Parroċċa. Dawk kollha li jixtiequ joffru xi haġa tal-ħelu jista’ joffrihom sa l-aħħar tal-ġimgħa.