Wara l-waqfa għall-festa ta’ San Ġiljan u xi jiem ta’vaganzi mistħoqqa lill-ħaddiema issa qed jitkompla ix-xogħol marbut mal-bini taz-zuntier tal-knisja parrokjali.
Kull min jaddi mill-inħawi tal-knisja bħalissa jinnota xogħolijiet ta’ bini u ta’ konkrit fuq iż-żewġ naħat tal-bini taċ-ċentru parrokjali. Fuq naħa. iz-zuntier irid jitkompla u jiftaħ eżatt quddiem il-Book Centre, waqt li n-naħa l-oħra irid jingħaqad mal-lift.
Fi ftit xhur oħra l-komunita’ Ġiljaniża ser ikollha zuntier ferm isbaħ u ferm ikbar li jkun jista’ jitgawda minn kulħadd. Rigal ferm sabiħ lill-komunita’ meta resqin biex niċċelebraw il-ħamsin sena tal-knisja parrokjali.