- Kunċert fuq l-Orgni: Nhar il-Ħamis fis-7.15pm fil-Knisja Parrokjali sa jsir kuncert fuq l-Orgni mil-organista Olandiz Erwin Wiereinga. Dan qed isir fuq inizjativa ta’ The Malta International Organ Festival. Dħul b’xejn.
- L-Assemblea Djoċesana. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu se tiltaqa’ l-Assemblea Djoċesana bit-tema “L-Evanġelizzazzjoni u d-Djakonija. Lejn Pjan Pastorali ghall-Arċidjoċesi”. Nitolbu biex l-Assemblea Djoċesana tħalli l-frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta. Din tibda b’quddiesa mmexxija mil-Arċisqof fl-okażżjoni tal-ħames anniversarju mil-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fis-630pm. Kullħadd hu mħeġġeġ biex jattendi.
- Festa Kristu Re: Fl-okkazjoni tal-festa liturgika ta’ Kristu Sultan li se tigi ċċelebrata nhar il-Ħadd li ġej, Mons. Arcisqof Charles J Scicluna se jmexxi ċelebrazzjoni tal-Għasar fil-5.00pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera u wara jkun hemm diskors tal-Arċisqof.
- Bookings għal intenzzjonijiet fil-quddies fl-2018: Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għas-sena d-dieħla għandhom jkellmu lil Fr Paul mill-weekend li ġej.
- Applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-Iskejjel tal-Knisja Fil-ġimghat li ġejin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ tfal fl-Iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2018 mingħand dawk li huma impjegati fi skola tal-Knisja, għandhom ħuthom fi skola tal-Knisja u dawk li qegħdin fi skola tal-Knisja li ma tkomplix. Applikaniti oħra minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jkunu jistgħu japplikaw f’Jannar u Frar. Aktar informazzjoni tinkiseb mill-istess skejjel tal-Knisja u minn fuq il-website tal-Kurja.
- Christmas Buffet Dinner. Qed norganizzaw Christmas Buffet Dinner nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru fit-8pm fil-Vivaldi Hotel b’risq il-parroċċa. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mill-Book Centre.