AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Diċembru 2017

  1. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Għada/illejla, l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, ser issir adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden għal dan il-ħin ta’ talb flimkien.
  2. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.
  3. Christmas Buffet Dinner: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ħamis 7 ta’ Diċembru fit-8.00pm l-Antonio’s Restaurant fil-Lukanda Golden Tulip Vivaldi, f’Paceville. Biljetti mill-uffiċju parrokkjali jew mill-Book Centre.
  4. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni tkun fit-8.30am.
  5. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
  6. Candlelight March: Nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru ser issir attivita’ favur il-ħajja, Candlelight March – Light a Candle for Life. L-attivita’ tibda fil-5.30pm quddiem Kastilja, il-Belt.
  7. Irtir: L-Erbgħa 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jkun hawn nofstanhar irtir għall-Avvent fil-monasteru tal-Klarissi mid-9.30am sas-1.00pm. Se jmexxi l-irtir Mr Joe Zammit, membru tal-MUSEUM u l-programm se jinkludi quddiesa. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħodu.
  8. Kummissjoni Djakonija: Fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu wkoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
  9. Bejgħ ta’ Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej se jkun hawn ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.  Min jixtieq kalendarju tal-2018 tal-Parroċċa, jista’ jiġbor wieħed minn fejn il-bieb tal-Knisja Parrokkjali.
  10. Talb għall-mejtin: Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Francis Sapienza, Ġiovanna Azzopardi, Ersilia Debattista, Ġużeppa Frendo, Josephine Azzopardi, Edgar Agius, Mary Buttigieg u Bettie Warren. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta