AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 27 – 28 ta’ Jannar 2018

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa Triq San Mikiel, Sqaq Ciantar, Triq William Prescott u parti minn Triq Lapsi. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Kunċizzjoni: Minn nhar is-Sibt li ġej mhux se jkun hemm quddiesa tal-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni għal 3 Sibtijiet wara xulxin.

 

  1. Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet ta’ “Applikanti Oħra” minn skejjel tal-gvern u indipendenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Informazzjoni dettaljata tinkiseb mir-“Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja” li jinsabu fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.

 

  1. Pellegrinaġġ: Il-Parroċċa qed torganiżża pellegrinaġġ għal Assisi bejn it-13 u d-19 ta’ Mejju li ġej.  Se nżuru Greccio, Fonte Colombo, La Verna, Cascia, Loreto u Macerata fejn hemm Katidral iddedikat lil San Ġiljan.  Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel l-uffiċju parrokkjali.

About the author

Ikkummenta