- Ringrazzjament: Nixtiequ nirringrazzjawkom għal-ġabra li saret għad-Dar tal-Providenza nhar l-Ewwel tas-Sena fejn inġabret is-somma sabiħa ta’ €2000.
- Ringrazzjament: Il-grupp missjunarju FACES jirringrazzjakom ukoll tad-donazzjoni li għamiltu nhar il-Ħadd wara l-quddies b’risq il-proġett tagħhom fil-Kenya u t-Tanzania. Inġabret is-somma ta’ €1,700.
- Ħarġa: Nhar is-Sibt li ġej wara nofsinhar se ssir ħarġa organizzata bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali biex inżuru x-xogħol ta’ restawr li bħalissa għaddej fuq il-vara titulari ta’ San Ġiljan li qiegħda fil-Mosta. Wara se mmorru nieħdu t-te’ flimkien. Biljetti mill-uffiċju tal-Kunsill Lokali.
- Katekiżmu: Il-klassijiet tal-Katekiżmu jerġgħu jibdew bħas-soltu wara l-vaganzi tal-Milied.
- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Giuliano Caruana u Noel Camilleri. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…