Din is-sena li għadna kemm bdejna ser tistampa paġna ġdida fil-ħajja ta’ din il-parroċċa. Waqt li sena ilu ħabbarna li kien wasal biex jibda’ x-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Parrokkjali, din is-sena 2018 ser naraw dan ix-xogħol jiġi konkluż u finalment jiġi inawgurat il-proġett. Dan il-proġett ilu fuq l-ixkaffa għal żmien twil u kienet ħolma tal-kappillan Dun Claude Portelli li mill-bidu nett malli ħa l-pussess ta’ kappillan, wera x-xewqa li l-parroċċa jkollha Centru Parrokkjali sura ta’ nies mgħammar b’ dak kollu li jitolbu ż-żminijiet tal-lum. L-insistenza tal-kappillan issa qed tara d-dawl u fi ftit żmien ieħor il-ħolma ser issir realta’.
Hawn taħt qed nuru ftit ritratti tax-xogħol li għaddej kemm minn barra u anke minn ġewwa. Għad fadal ħafna xi jsir pero’ bl-għajnuna ta’ kulħadd naslu. Min għandu xi diffikulta’ jew mistoqsijiet huwa mitlub li jikkuntattja lill-kappillan. Minn żmien għall-ieħor il-kappillan ser iżommna infurmati bix-xogħol li jkun għad fadal xi jsir.