AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 10 – 11 ta’ Frar 2018

 

  1. L-Erbgħa tal-Irmied: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Wara il-quddiesa tas-6.30pm issir Adorazzjoni tas-Salib fil-Knisja Parrokkjali. F’kull quddiesa matul il-jum isir tqegħid tal-irmied.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Kull nhar ta’ Ġimgħa waqt ir-Randan issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali bejn it-3.00pm u l-4.00pm.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa Triq il-Kbira u Triq Lapsi. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa u ser tkun quddiesa u wara jkun hemm ikla. Ser ikun hemm it-trasport fid-9.30am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

About the author

Ikkummenta