- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Eżerċizzi tar-Randan għall-addoloxxenti: Il-grupp Connections Teens qed jorganiżża eżerċizzi tar-Randan għall-addoloxxenti immexxija minn Fr Gilbert Scicluna. Dawn se jsiru fi 3 laqgħat kull nhar ta’ Erbgħa u jibdew minn nhar l-Erbgħa fit-8pm fis-sala ħdejn il-car park. Inħeġġu liż-żagħżagħ bejn it-13 u d-19-il sena għal dawn il-mumenti ta’ riflessjoni fi żmien ir-Randan.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa Medvista Court, The Crescent u d-djar ta’ Triq San Mark. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Kull nhar ta’ Ġimgħa waqt ir-Randan issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali bejn it-3.00pm u l-4.00pm.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.