AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 ta’ Frar 2018

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola. 
  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa Triq il-Kbira. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. 
  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
  1. Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar is-Sibt niċċelebraw is-Solennita’ tal-Festa ta’ San Pawl. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali.
  1. Kunċizzjoni: Nfakkru li s-Sibt li ġej u ta’ wara mhux se jkun hemm quddiesa tal-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni.
  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.
  1. Cake sale: Il-weekend li ġej nixtiequ navżaw li jkun hawn cake sale b’risq il-Parroċċa. Dawk kollha li jixtiequ joffru xi haġa tal-ħelu jista’ joffrihom sa l-aħħar tal-ġimgħa.
  1. Pellegrinaġġ: Il-Parroċċa qed torganiżża pellegrinaġġ għal Assisi bejn it-13 u d-19 ta’ Mejju li ġej.  Se nżuru Greccio, Fonte Colombo, La Verna, Cascia, Loreto u Macerata fejn hemm Katidral iddedikat lil San Ġiljan.  Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel l-uffiċju parrokkjali.
  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Carmela Tanti, Elizabeth Bonnici, Amalia Hunt, Michael Camilleri u Spiridiona Cordina. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta