- Eżerċizzi – Kunċizzjoni: Minn nhar it-Tnejn sa nhar il-Ġimgħa ser isir kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd waqt il-quddiesa tal-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni. Jippriedka Fr Marco Portelli.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa parti minn Telgħet Birkirkara. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. Nirringrazzjaw lil-helpers li għenu f’dawn il-ġimgħat.
- Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-ħarġa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu. Quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieha u wara jkun hemm ikla. Trasport jitlaq fid-9.15am minn Pjazza Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.
- Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.
- Jum San Patrizju: Mhux se jkun hemm quddies nhar is-Sibt filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali imma jkun hemm quddiesa waħda biss fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi. Dan qed isir minħabba l-istorbju kollu li se jkun hawn dakinhar fl-inħawi tal-Knisja u peress li t-toroq li jagħtu għal hawn se jkunu magħluqa.
- Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi. Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre. Se jkun hemm skorta ta’ pulizija u wardens għall-protezzjoni ta’ kulħadd.
- Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu mid-9.30am sas-1.00pm fil-Kunvent tal-Klarissi. Imexxi Rev Fr Robert Grech. Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali, kif ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni, tqegħdu qfief apposta fejn kulmin jixtieq jista’ jpoġġi l-affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Figolli: Il-Ħadd 18 ta’ Marzu (nhar Il-Ħadd) se jkollna l-bejgħ tal-figolli (home made).