- Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu mid-9.30am sas-1.00pm fil-Kunvent tal-Klarissi. Imexxi Rev Fr Robert Grech. Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- It-Triq tas-Salib mat-tfal: Nhar it-Tlieta u l-Ħamis fil-5.30pm ser issir it-Triq tas-Salib mat-tfal kollha tal-katekiżmu fil-Knisja Parrokkjali (skont il-klassijiet tal-katekiżmu).
- Servizz ta’ Qrar: Nhar l-Erbgħa mis-7.00pm sal-11.00pm jkun hawn ħin għall-qrar fil-Knisja Parrokkjali. Se jkun hawn saċerdoti barra mill-Parroċċa disponibbli għall-qrar waqt li jkun hemm Ġesu Sagramentat espost.
- Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
- Bejn it-3.00 u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali;
- Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi kif ukoll fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
- Fis-6.30pm isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ma’ Marija Addolorata mill-car park ta’ fejn il-Knisja, taqbad Triq Lapsi, Triq San Mark, tinżel Telgħet B’Kara, Triq il-Kbira u lura l-Knisja. Wara l-purċissjoni issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-9.15am isir it-tberik taż-żebbuġ fuq il-pont quddiem il-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni lejn il-Knisja fejn fid-9.30am issir quddiesa bis-sehem tat-tfal.
- Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali, kif ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni, tqegħdu qfief apposta fejn kulmin jixtieq jista’ jpoġġi l-affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Ħin tas-Sajf: Matul il-weekend li ġej, (l-aħħar weekend ta’ Marzu) jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej filgħaxija u ta’ fost il-ġimgħa tkun fis-7.00pm.