AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Marzu 2018

 

  1. Via Sagra: Nhar it-Tnejn ser issir Via Sagra fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Nibdew fis-7.30pm
  1. Via Sagra Djoċesana: Nhar l-Erbgħa ser issir Via Sagra Djoċesana fis-7.30pm immexxija minn Monsinjur Arċisqof. Il-Via Sagra tibda mill-istatwa ta’ Kristu Re sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta għal ħabta tad-8.45pm.
  2. Ħamis ix-Xirka: –     Filgħodu ma jsirx quddies;
  • Ikun hemm quddiesa fid-9.00am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann immexxija minn Mons. Arċisqof;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fis-7.00pm issir quddiesa u l-ħasil tar-riġlejn;

–     Ħin għal-Viżti;

–     Mill-10.30pm sal-11.30pm, issir adorazzjoni organiżżata.

  1. Il-Ġimgħa l-Kbira:        Jum ta’ Sawm u Astinenza

                                               –      Il-Knisja tiftaħ mis-7.30am sa’ nofsinhar għal

                                                      viżti;

–      Fit-3.00pm issir il-funzjoni bil-Qari tal-Passjoni, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

 

  1. Sibt il-Għid:                  –     Filgħodu ma jsirx quddies;

–     Fit-8.00pm tibda iċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid.

 

  1. L-Għid il-Kbir: Wara l-quddiesa tad-9.30am jitbierku u jitqassmu l-figolli lit-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja.

7. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali minn nhar it-Tnejn. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

8. Wirja tal-Mejda tal-Appostli: Għaddejja wirja tal-mejda tal-appostli ġewwa l-iskola primarja sa Ħamis ix-Xirka. Ħinijiet mis-7.30am sat-3.30pm.

About the author

Ikkummenta