AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 ta’ Marzu 2018

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu ghall-quddiesa tad-9.00am fil-Knisja Parrokkjali u wara se mmorru l-Mosta naraw ir-Restawr tal-Vara ta’ San Ġiljan.

 

  1. Eżerċizzi tar-Randan: Nhar l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa ser isir kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd immexxija minn Rev Fr Robert Grech fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Inħeġġukom sabiex tattendu.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu ġewwa Triq Claire Engel. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu mid-9.30am sas-1.00pm fil-Kunvent tal-Klarissi. Imexxi Rev Fr Robert Grech. Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Ġabra għas-Seminarju: Matul il-weekend li ġej ser ikun hawn magħna s-seminaristi u ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Frar għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Anthony Agius Muscat, Juliette Gatt u Corinne Paesano. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

 

About the author

Ikkummenta