AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 31 ta’ Marzu – 1 t’April 2018

 

  1. L-Uffiċċju Parrokkjali: L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq nhar it-Tnejn.

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fit-8.30am Spinola u ngħaddu wkoll Ta’ Ġiorni.

 

  1. Family Visits: Nhar it-Tlieta jitkomplew il-Family Visits fl-inħawi ta’ Ta’ Ġiorni u Wied Għomor. Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament. Il-programm kollu jinsab ukoll fil-Flimkien.

 

  1. Anniversarju mill-bini tal-Knisja Parrokkjali: Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-bini tal-Knisja Parrokkjali nhar il-Ġimgħa se ssir quddiesa fis-7.00pm bis-sehem tas-St Julians Choral Group.

 

  1. Festa tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ħadd fil-5.45pm jkun hawn adorazzjoni u fis-7.00pm Quddiesa organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali minn nhar it-Tlieta. Mal-Flimkien ta’ April, se tirċievu envelop għal donazzjonijiet għall-Festa li se niċċelebraw f’Awwissu. Bħas-sena l-oħra, ħsibna illi nibdew niġbru minn issa sabiex inkunu nafu kemm ġbarna, u b’hekk skont kemm niġbru għall-Festa nonfqu.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Marzu għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Gaetano Abela, Lorenzo Barbara u Maria Dolores Grech. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

 

About the author

Ikkummenta