AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ April 2018

 

  1. Family Visits: Nhar it-Tnejn jitkomplu il-Family Visits fil-Housing Estate ta’ Ta’ Ġiorni. Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament. Il-programm kollu jinsab ukoll fil-Flimkien.

 

  1. Triq Ġorġ Borg Olivier: Ir-residenti li jogogħdu fi Triq Gorg Borg Olivier u jixtiequna nżuruhom, għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali filgħodu sa nhar il-Ġimgħa filgħodu.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa. Ser ikun hemm it-trasport fl-9.45am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Ordinazzjoni Djakonali: Nhar il-Ħadd li ġej se ssir l-Ordinazzjoni ta’ 4 Djakni ġodda fil-Katidral tal-Imdina fid-9.00am. Fost dawn id-Djakni hemm Aayrton Muscat li se jkun qed iservi f’din il-parroċċa kif ukoll Jean Gove’ u Matthew Pulis li għamlu sajf magħna fi snin li għaddew.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading