AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ April 2018

 

  1. Family Visits: Nhar it-Tnejn tkun l-aħħar ġurnata tal-Family Visits in-naħa ta’ fuq ta’ Triq Lapsi. B’hekk nagħlqu l-Family Visits għal din is-sena.  Nirringrazzjaw lill-helpers kollha li għinuna matul il-Family Visits u l-familji kollha li laqgħuna.

 

  1. Coffee morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa se ssir fl-Iskola Primarja fis-7.00pm.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Manifestazzjoni favur il-Ħajja: Il-Fondazzjoni Life Network tistieden lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li jgħożżu l-valur tal-ħajja umana sabiex ningħaqdu mal-Isqfijiet il-Ħadd 22 ta’ April. Niltaqgħu quddiem Kastilja mill-4.00pm sal-5.30pm. Inħeġġukom tattendu mal-familjari u ħbieb.

About the author

Ikkummenta