- Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tnejn 30 ta’ April ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa minn nhar it-Tnejn.
- Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali San Ġiljan ser jorganiżża Festival ta’ Folklor Malti ġewwa l-Pjazza Balluta nhar Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju fis-6.00pm. Kull min hu interessat jew irid aktar informazzjoni għandu jikkuntattja l-Uffiċċju tal-Kunsill.