- Ħniena Divina: Il-Ħadd fis-5.45pm ikun hawn Adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali u wara quddiesa fis-7.00pm organiżżata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.
- Katekiżmu: Din il-ġimgħa jerġa’ jibda l-katekiżmu wara l-vaganzi tal-Għid skont il-ġranet tal-katekiżmu.
- Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm ser issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja ta’ Lapsi.
- Anniversarju 50 sena: Kull min iżżewweġ jew tgħammed f’din il-Knisja Parrokkjali 50 sena ilu hu mistieden biex ikellimna minħabba attivita’ li se norganiżżaw fil-ġimgħa tal-Festa.
- Family Visits: Nhar it-Tlieta jitkomplu il-Family Visits fl-inħawi ta’ Ta’ Ġiorni u Telgħet B’Kara. Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament. Il-programm kollu jinsab ukoll fil-Flimkien.
- Jum il-Karita’: Il-weekend li ġej, 14 u 15 ta’ April, niċċelebraw Jum il-Karita’. Il-ġbir kollu isir għall-Ħidmiet u Djar ta’ Karita’ li l-Knisja għandha f’Malta
- Grazzi: Grazzi minn qalbna lil kull min ta ikel, hamper jew ikliet sħan dan il-Għid.