Djaknu fil-Parroċċa Ġiljaniża

Ftit ġimgħat ilu ħabbarna li kellna seminarista li kien qed jagħti servizz fil-parroċċa tagħna.  Dan is-seminarista Aayrton Muscat, fit-22 t’April 2018 ġie ordnat djaknu flimkien ma’ tlett seminaristi oħra.

Aayrton li huwa mill-Imtarfa, twieled fis-26 ta’ Novembru 1992.  Il-bieraħ il-Ħadd, 29 t’April ħa sehem attiv flimkien mal-kappillan fil-quddiesa organiżżata mit-tfal għat-tfal fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.  Huwa mexxa l-omelija flimkien mat-tfal u dawk preżenti.

Aayrton ser jibqa’ magħna għal matul din is-sena, sena li ser twasslu biex ikun ordnat saċerdot.

Minn din il-paġna nawgurawlu ħidma fejjieda u nitolbu għalih.

 

This slideshow requires JavaScript.

About the author

Ikkummenta