AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 ta’ Mejju 2018

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-6.15pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (in-naħa ta’ ġewwa) u nhar it-Tlieta fi Triq il-Mensija (in-naħa ta’ barra) fis-7.00pm.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ħarġa għal Għawdex: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa se ssir Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu minn Pjazza Spinola fit-8.00am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.

 

  1. Kuncert: Nhar is-Sibt se jsir kunċert tal-mużika klassika mir-Rotterdam Ensemble bis-sehem ta’ kantanti Maltin fil-Knisja ta’ Lapsi fit-8.00pm. Dan il-kunċert se jsir bħala għajnuna għax-xogħol ta’ restawr kontinwu li qed isir fl-istess knisja ta’ Lapsi.  Għal aktar dettalji wieħed jista’ jara l-Facebook page tal-Parroċċa.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fil-7.00pm fejn isir talb speċjali għalihom.

 

  1. Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2012, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Jum l-Omm: Nawguraw il-festa tajba lill-ommijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum L-Omm.

About the author

Ikkummenta