AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Mejju 2018

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-6.15pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Sant’Elija.

 

  1. Festa ta’ San Ġorġ Preca: Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca se ssir quddiesa għat-tfal kollha flimkien mal-ġenituri fil-Knisja Parrokkjali il-Ħamis fil-5.30pm.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm ser issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja ta’ Lapsi.

 

  1. Jum l-Omm: Nhar il-Ħadd li ġej, se ssir Quddiesa fid-9.30am b’barka speċjali għall-familji fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Familja.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2012, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Kuncert: Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju se jsir kunċert tal-mużika klassika mir-Rotterdam Ensemble bis-sehem ta’ kantanti Maltin fil-Knisja ta’ Lapsi fit-8.00pm. Dan il-kunċert se jsir bħala għajnuna għax-xogħol ta’ restawr kontinwu li qed isir fl-istess knisja ta’ Lapsi.  Għal aktar dettalji wieħed jista’ jara l-Facebook page tal-Parroċċa.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ April għadda għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Carmelo Bugeja. Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta