Għaddej ix-Xogħol fuq iz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Ikompli għaddej ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.  Fl-aħħar ġranet kompla jasal u twaħħlet parti oħra mill-poġġaman tad-dawra.  B’hekk issa jista’ jitkompla x-xogħol tal-madum kif jidher fir-ritratti hawn taħt.

Iz-zuntier issa kiber biċċa sew meta tqabblu ma’ kif kien qabel.  Zuntier aktar spazjuz, arjuż u komdu speċjalment fi żmien il-festa ta’ San Ġiljan.

Kif ġie z-zuntier issa huwa ideali wkoll biex isiru xi attivitajiet biswit il-knisja parrokkjali.

Iz-zuntier ser jagħti wkoll nifs ġdid lir-reffiegħa tal-vari peress li issa mhux bil-fors iridu jinżlu u jitilgħu it-taraġ tal-pont għal kull purċissjoni.

Insomma zuntier akbar li jġib miegħu għad ta’ sfidi u anke joffri ideat ġodda għal kull min irid jagħmel użu minnu.

 

 

 

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading