AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16 – 17 ta’ Ġunju 2018

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se issir nhar l-Erbgħa u se tkun ikla ġewwa M’Xlokk. Se jkun hemm it-trasport fis-7.00pm minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal.  Din se tkun l-aħħar quddiesa qabel il-vaganzi tas-sajf u se jkollna xi ħaġa speċjali għat-tfal ukoll.

 

  1. Ġabra – Offerta ta’ San Pietru: Il-Kurja ta’ Malta tavża illi l-weekend li ġej fil-knejjes kollha tal-Arċidjoċesi tagħna ser issir ġabra speċjali biex ngħinu lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fil-ħidmiet tiegħu bħala ragħaj tal-Knisja Universali ukoll permezz ta’ għotjiet ta’ karita’ mad-dinja kollha ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Inħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi kif dejjem konna.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda l-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali San Giljan jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li hemm servizz ta’ Mini Van mill-Bajja tal-Balluta għal Ta’ Giorni mill-15 ta’ Ġunju 2018 sal-15 ta’ Settembru 2018 fid-9.30pm u fl-10.30pm.

 

  1. Ikla: Fid-29 ta’ Ġunju se tkun organiżżata ikla b’risq il-Parroċċa. Dettalji mill-Uffiċċju Parrokjali jew fuq in-noticeboards.

 

  1. Jum il-Missier: Illum niċċelebraw Jum il-Missier. Awguri lill-missirijiet kollha.

About the author

Ikkummenta