AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 23 – 24 ta’ Ġunju 2018

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl: Nhar il-Ġimgħa, Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl, hija festa pubblika. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal ta’ fost il-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jisma’ quddiesa f’din is-Solennita’.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda l-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Ikla: Fid-29 ta’ Ġunju se tkun organiżżata ikla b’risq il-Parroċċa. Dettalji mill-Uffiċċju Parrokjali jew fuq in-noticeboards.

About the author

Ikkummenta