AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 9-10 ta’ Ġunju 2018

 

  1. Kunċizzjoni: Nixtiequ navżaw li mhux se jkun hawn quddiesa fil-Knisja tal-Kunċizzjoni tal-5.30pm nhar ta’ Sibt matul Ġunju kollu.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda l-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Festa ta’ Sant’Antnin: Nhar l-Erbgħa fil-Knisja ta’ Lapsi, ser tiġi organizzata l-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Fis-6.30pm ssir quddiesa bil-priedka dwar il-qaddis minn Patri Julian Sammut OFM li matulha jsir it-tberik u t-tqassim tal-ħobż, animata mis-St. Julian’s Choral Group.

 

  1. Mothers Prayers: Mothers Prayers ser torganiżża nofs ta’ nhar ta’ Talb għal ommijiet, nanniet u kull min għandu qalb ta’ omm. Din il-laqgħa se tkun nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju fis-Seminarju, tal-Virtu’, ir-Rabat u tkun bejn id-9.00am u 12.00pm u tinkludi quddiesa.

 

  1. Ġurnata għal Sqallija: L-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi qed torganizza ġurnata għal Sqallija nhar is-Sibt, 23 ta’ Ġunju. Posters u programm sħiħ minn fuq in-noticeboards ta’ ħdejn il-bibien tal-knisja. Min jixtieq jirriżerva post għandu jkellem lil Niki Papagiorcopulo jew iċempel l-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Xogħol fil-Knisja: Kif diġa avżajna fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol fil-Knisja, għalhekk minn issa filwajt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, napprezzaw il-kooperazzjoni tagħkom.

 

Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali San Giljan jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li ser jibda jipprovdi s-servizz ta’ Mini Van mill-Bajja tal-Balluta għal Ta’ Giorni mill-15 ta’ Ġunju 2018 sal-15 ta’ Settembru 2018 fid-9.30pm u fl-10.30pm

About the author

Ikkummenta